Friday, December 20, 2013

Sunday, December 23, 2012

Thursday, September 25, 2008



Meta xi darba...


ma quando un giorno sarai lontana
e vedrai il cielo quando si colora
pensami almeno per un momento
pensami almeno per mezz'ora


U meta xi darba tkun il-bogħod
u tara s-sema tilbes il-kuluri
aħseb fijja għal mument wieħed,
aħseb fijja għal ftit aktar..

(Awwissu 2001 - Fgura)
il-paragrafu bit-Taljan huwa meħud minn diska ta' Jovanotti

Thursday, April 17, 2008














Xxxxi!

Tmurx...
ibqa hawn hdejja,
skiet kiesah
riha pura ta' arja
nadifa li int biss
iggib mieghek!

Strieh ftit iehor.
Imtedd hdejja,
bennini ha nerga nistrieh,
niftakar fl-imghoddi vicin.

Sewwed mill-gdid
l-imkien madwari,
mewwitni lejn fond skur

fejn ix-xemx ma tizritx u
fejn il-kliem jissikket..

fejn...

fejn int u jien
niltaqghu mill-gdid!

04.08 (Santi - Malta)



Thursday, April 10, 2008












Saħħiet Mark..


Irnexxilek...
taħsadni mill-ġdid.

...bħal meta ġejt u rajtek
l-ewwel darba u għidtli li hawn
'qisha darek!'

...jew bħal meta dewwaqtni
elf togħma
ġdida ta' platti
mimlija tradizzjoni.

...bħal meta għidtli li Alla
ħrafa antika.

Irnexxilek...
taħsadni mill-ġdid.


...bħal meta għidtli li
l-ftira jkollha l-majjal ġewwa,
u tkun mielħa
qisha l-baħar.

...jew bħal meta ħadtni Santi
nixtru l-Girgentina
ħa nagħsru u nagħmlu
inbid aħjar minn tas-sena l-oħra,
(inbid li mhux ser nixorbu
qatt flimkien!)

Erġajt ħsadtni
għax ġejna kmieni filgħodu
u ma sibnikx hemm.
Ilħaqt tlaqt itterraq l-aħħar triq,
waħdek...
ħallejtna warajk.

Għallimtna ... tmajtna...
issa għal rasna,
bik f'moħħna
għal dejjem!

Grazzi Mark!

10.04.2008 (Tas-Silg)


Friday, March 28, 2008


Ahdar

Illum sibtek
fl-ahdar
mxarrab bin-nida
fina,
kiesha
ta' filghodu,

sibtek tibki
kokka
thares
lejn ix-xejn
fil-boghod.


03.2008 Gnejna (Malta)

Wednesday, October 31, 2007

Ahmar












Ghal Milied
nixtieq
l-ahmar ta' warda
friska
mxarba
minn nida
kiesha
ta' filghodu.

Xbajta nara
iswed.


10.2007 Staff Room (Malta)